3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/33


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2020 – EFFAS vs EUIPO – CFA Institute

(CEFA Certified European Financial Analyst)

(Kawża T-369/20)

(2020/C 255/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Federation of Financial Analysts’Societies (EFFAS) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Merico u G. Macías Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni CEFA Certified European Financial Analyst – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 902 341

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1082/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.