8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/32


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2020 – Griba vs CPVO (Gala Perathoner)

(Kawża T-182/20)

(2020/C 191/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Griba Baumschulgenossenschaft landwirtschaftliche Gesellschaft (Terlano, l-Italja) (rappreżentant: G. Würtenberger, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem iċ-CPVO

Il-varjetà ta’ pjanta kontenzjuża kkonċernata: Il-varjetà tat-tuffieħ Gala Perathoner – Dritt Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti Nru. 2009/0353

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tas-17 ta’ Jannar 2020 fil-Każ A 004/2016

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna liċ-CPVO għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2100/94;

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2100/94;

Ksur tal-Artikolu 57(3) tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2100/94;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2100/94;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.