20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/25


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Collibra vs EUIPO – Dietrich (collibra)

(Kawża T-129/20)

(2020/C 129/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Collibra (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Renck, A. Bothe, avukati u I. Junkar, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hans Dietrich (Starnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea collibra – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 787 889

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 738/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, jekk din dal-aħħar tintervjeni fil-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.