20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/21


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2020 – Voco vs EUIPO (Forma ta’ imballaġġ)

(Kawża T-118/20)

(2020/C 129/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Voco GmbH (Cuxhaven, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Spintig u S. Pietzcker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ imballaġġ) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 959 421

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 978/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.