6.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/18


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2020 – Albert Darboven Holding vs EUIPO (WINDSOR-CASTLE)

(Kawża T-93/20)

(2020/C 114/19)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Albert Darboven Holding GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “WINDSOR-CASTLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 881 910

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 2448/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sabiex l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 881 910 WINDSOR-CASTLE tiġi ppubblikata wkoll għall-prodotti: “kafè, tè u prodotti li jissostitwixxu l-kafè u t-tè; prodotti tal-forn; prodotti tal-ħelu”;

sussidjarjament

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill