30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/36


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2020 – Abitron Germany vs EUIPO – Hetronic International (NOVA)

(Kawża T-75/20)

(2020/C 103/51)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Abitron Germany GmbH (Langquaid, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Matschke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hetronic International, Inc. (Oklahoma City, Oklahoma, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea NOVA – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 711 718

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 521/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla t-trade mark tal-Unjoni NOVA Nru 13 711 718

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.