16.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/26


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2020 – Sahaj Marg Spirituality Foundation vs EUIPO (Heartfulness)

(Kawża T-48/20)

(2020/C 87/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sahaj Marg Spirituality Foundation (Manapakkam, l-Indja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva “Heartfulness” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 433 232

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 1266/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.