18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ottubru 2020 – L Fund vs Finanzamt D

(Kawża C-537/20)

(2021/C 19/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L Fund

Konvenut: Finanzamt D

Parti oħra fil-proċedura: Bundesministerium der Finanzen

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tgħid li fondi speċjali domestiċi ta’ investiment fi propjetà immobbli b’investituri esklużivament barranin huma eżenti mit-taxxa fuq il-kumpanniji, filwaqt li fondi speċjali barranin ta’ investiment fi propjetà immobbli b’investituri esklużivament barranin huma parzjalment eżenti mit-taxxa fuq il-kumpanniji fir-rigward tad-dħul mill-kiri domestiku derivanti mit-territorju nazzjonali?