16.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 390/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fl-14 ta’ Settembru 2020 – ZK
(Kawża C-432/20)
(2020/C 390/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ZK
Konvenut: Landeshauptmann von Wien
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 9(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/109/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kull żjara fiżika, tkun kemm tkun qasira, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa resident għal żmien twil fit-territorju tal-Komunità matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi, teskludi t-telf tal-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa resident għal żmien twil skont din id-dispożizzjoni? |
2) |
Fil-każ li għall-ewwel domanda l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fin-negattiv: liema kundizzjonijiet kwalitattivi u/jew kwantitattiva għandhom jissodisfaw iż-żjarat fit-territorju tal-Komunità matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi sabiex jiġi eskluż it-telf tal-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa resident għal żmien twil? Iż-żjarat fit-territorju tal-Komunità matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi jeskludu t-telf tal-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa resident għal żmien twil biss jekk iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz ikkonċernati, matul dan il-perijodu, kellhom ir-residenza abitwali tagħhom jew iċ-ċentru tal-interessi tagħhom fit-territorju tal-Komunità? |
3) |
Regoli tad-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu li ċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li huma residenti għal żmien twil jitilfu l-istatus tagħhom meta dawn, minkejja li kienu residenti fit-territorju tal-Komunità matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi, la kellhom ir-residenza abitwali tagħhom u lanqas iċ-ċentru tal-interessi tagħhom hemm, huma kompatibbli mal-Artikolu 9(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/109/KE? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).