20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/3


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)

(Kawża T-875/19)

(2020/C 129/03)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Impera GmbH (Steinhaus, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Straberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Euro Games Technology Ltd (Vranya-Lozen-Triugulnika, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 761 769

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2321/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 761 769 tar-rikorrenti fl-intier tagħha jew alternattivament, tibgħat il-proċeduri lura lill-Bord tal-Appell;

tordna lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell, jekk taġixxi bħala intervenjenti, tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti;

tordna lill-EUIPO, jekk il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell ma tkunx ġiet ikkundannata għall-ispejjeż, li tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.