24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/53


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2019 – AI et vs ECDC

(Kawża T-864/19)

(2020/C 61/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AI AI, HV, HW u HY (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, lawyers)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-ECDC tal-11 ta’ Frar 2019 li tiċħad it-talba tagħhom għal kumpens tal-11 ta’ Ottubru 2018;

-tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-10 ta’ Settembru 2019 li tiċħad l-ilment tagħhom tal-10 ta’ Mejju 2019;

tikkundanna l-kumpens tad-dannu materjali u morali allegatament subit mir-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti wara li speċifikaw is-sitwazzjonijiet fattwali tagħhom, ressqu l-allegazzjonijiet i tagħhom dwar il-ħtija mwettqa mill-konvenut, id-dannu mġarrab u r-rabta bejn il-ħtija u d-dannu.