11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/63


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2019 – EM vs Il-Parlament

(Kawża T-599/19)

(2019/C 383/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RM (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-31 ta’ Ottubru 2018, li ġiet ikkonfermata mid-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tal-24 ta’ Mejju 2019;

tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali li jammonta għal EUR 165 000, u ta’ kumpens għad-dannu morali, stmat għas-somma ta’ EUR 50 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ksur tal-Artikoli 12 u 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, nuqqas ta’ osservanza tad-dmir ta’ assistenza u użu ħażin ta’ poter.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba, ksur tad-dmir ta’ premura u l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.