28.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/20 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2019 – Sophia Group vs il-Parlament Ewropew
(Kawża T-578/19)
(2019/C 363/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sophia Group (Saint-Josse-ten-Noode, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Schneider u C.-H. de la Vallée Poussin, avukati)
Konvenuta: il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara t-talba odjerna għal annullament ammissibbli u fondata; |
— |
konsegwentement, tiddikjara l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tattribwixxi il-lott 1 tal-kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu provvisti ta’ servizzi ta’ buildings Helpdesk (Sejħa għal offerti Nru 06A0010/2019/M011) lil S.A. Computer Ressources International li għandha s-sede tagħha f’rue de l’Industrie, 11, f’8399 Windhof, Luxembourg; |
— |
jekk applikabbli, tannulla:
|
— |
tikkundanna lill-Parlement Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża inklużi l-ispejjeż proċedurali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 160, 167 u tal-punti 16.3 u 18.2 u 21.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, fuq l-eċċess ta’ poter u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni, ta’ trasparenza, ta’ proportzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. Fil-kuntest ta’ dan l-ewwel motiv, ir-rikorrenti tqis li uħud mill-kriterji ta’ għoti li abbażi tagħhom intagħżel il-benefiċċjarju li jaqgħu taħt il-selezzjoni kwalitattiva u mhux taħt l-għoti, filwaqt li l-kriterji ta’ selezzjoni huma marbuta strettament mal-evalwazzjoni tal-kandidati jew tal-offerenti u li l-kriterji ta’ għoti huma marbuta strettament mal-evalwazzjoni tal-offerti u għandhom jippermettu li tiġi identifikata l-offerta li hija l-iktar ekonomikament vantaġġuża. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 160, 167 u fuq il-punt 18.2 tal-Anness I tar-Regolament 2018/1046 hawn fuq suespost, fuq l-eċċess ta’ poter u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni, ta’ trasparenza, ta’ proportzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, safejn uħud mill-kriterji ta’ għoti li abbażi tagħhom intagħżel il-benefiċċjarju tal-lott 1 ma humiex marbuta mal-suġġett tal-kuntratt u huma, tal-inqas, vagi u mhux preċiżi filwaqt li l-kriterji ta’ għoti għandhom jippermettu li tiġi identifikata l-offerta li hija l-iktar ekonomikament vantaġġuża, ikunu marbuta u proporzjonali mas-suġġett tal-kuntratt jew mal-lott ikkonċernat, ikunu ċari u preċiżi u ma jistgħux jagħtu libertà inkundizzjonata ta’ għażla għall-għoti tal-kuntratt. |
3. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 160, 167 u fuq il-punt 18.2 u 18.4 tal-Anness I tar-Regolament 2018/1046 hawn fuq suespost, fuq l-eċċess ta’ poter u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni, ta’ trasparenza, ta’ proportzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, safejn ir-referenzi mitluba mill-offerenti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt biex jiġġustifikaw il-kapaċità teknika u professjonali tagħhom biex jeżegwixxu il-lot 1 ma humiex marbuta mas-suġġett tas-suq, ma humiex proporzjonati u huma vagi u mhux preċiżi. Issa, ir-rikorrent isostni li l-kriterji ta’ għażla għandhom ikunu marbuta u proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt sabiex ma jkunx hemm lok għal distorzjoni tal-kompetizzjoni u għandhom ikunu ċari u preċizi. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 170 u tal-punti 18.6 u 30.2 u 31.1 tal-Anness I tar-Regolament 2018/1046 imsemmi iktar ’il fuq, fuq il-ksur tar-rekwiżiti formali, fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ trasparenza, ta’ kompetizzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, fuq l-eċċess ta’ poter u fuq il-ksur ta’ amministrazzjoni tajba. Dawn l-istanzi ta’ ksur twettqu safejn il-punteġġi mogħtija lill-offerta tar-rikorrent u lil dik tal-benefiċċjarju tal-kuntratt fid-dawl tad-disa’ kriterji ta’ għoti “kwalità” ma humiex immotivati u/jew huma akkumpanjati biss minn kummentarji vagi u mhux preċiżi, filwaqt li kull deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt għandha tkun immotivata b’mod suffiċjenti b’tali mod li l-offerenti jkunu jistgħu jifhmu r-raġunijiet oġġettivi, konkreti u preċiżi li jiġġustifikaw kull wieħed mill-punteġġi mogħtija lill-offerti differenti u b’tali mod li jinħarġu l-vantaġġi u l-inkonvenjenti ta’ kull waħda mill-offerti mressqa fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. |