7.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/16


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 – Nitto Pharmaceutical Industries vs EUIPO – Chiesi Farmaceutici (NOSTER)

(Kawża T-550/19)

(2019/C 337/16)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nitto Pharmaceutical Industries Ltd (Kyoto, il-Ġappun) (rappreżentant: P. Voutilainen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chiesi Farmaceutici SpA (Parma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “NOSTER” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 332 950 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 2279/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.