2.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/68


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lujlu 2019 — Gemelli vs Il-Parlament

(Kawża T-451/19)

(2019/C 295/89)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vitaliano Gemelli (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla kompletament il-miżura li dwarha r-rikorrent kien infurmat permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li biha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet tal-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni tal-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew jħallas lura s-somom kollha miżmuma indebitament, flimkien mal-interessi legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u li l-Parlament Ewropew jiġi kkundannat li jimplimenta s-sentenza li ġejja u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiggarantixxi l-istabbiliment mill-ġdid u sħiħ immedjat tal-portata oriġinali tal-benefiċju tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.