12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/42


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — Serviceplan Gruppe für innovative Kommunikation vs EUIPO (Serviceplan Solutions)

(Kawża T-380/19)

(2019/C 270/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Serviceplan Gruppe für innovative Kommunikation GmbH & Co KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Koch u P. Schmitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Serviceplan Solutions” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 244 742

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1427/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din ċaħdet l-appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.