5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/53


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Ceravolo vs Il-Parlament

(Kawża T-346/19)

(2019/C 263/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Domenico Ceravolo (Noventa Padovana, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

suġġett għall-verifika ta’ illegalità — minħabba ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti, ta’ raġjonevolezza, ta’ proporzjonalità, ta’ legalità tal-Artikoli 6 u 14 KEDB u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali 1 tal-KEDB, kif ukoll tal-Artikoli 27 u 28 tal-Istatut tal-Membri Parlamentari Ewropej, tal-Artikoli 75-76 tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu — tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ, tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew:

konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent.

f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.