22.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2019 — “Scorify” vs EUIPO — Scor (SCORIFY)

(Kawża T-328/19)

(2019/C 246/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti:“Scorify” UAB (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scor SE (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kuluri aħmar, abjad u blu skur “SCORIFY” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 214 521

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1639/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkunsidra bir-reqqa l-osservazzjonijiet bil-miktub inizjali tar-rikorrenti u l-motivi invokati minnha u tibdel id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO b’mod li tiddikjara l-fondatezza tal-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO u, konsegwentement, tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż kollha mħallsa u sostnuti mir-rikorrenti fis-sens tal-Artikoli 134, 139, 140 u 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.