20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/36 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Șanli vs Il-Kunsill
(Kawża T-157/19)
(2019/C 172/50)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Dalokay Șanli (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D. Gürses, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/24 tat-8 ta’ Jannar 2019 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019, u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-inklużjoni ta’ PKK fuq il-lista ma hijiex iġġustifikata peress li PKK ma hijiex organizzazzjoni terroristika. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li isem ir-rikorrent ma għandux ikun fil-lista peress li huwa qatt ma nstab ħati jew ġie akkużat b’reati terroristiċi. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li ma huwiex stabbilit li r-rikorrent wettaq reati terroristiċi jew li jista’ jkollu konnessjoni ma’ tali atti. Barra minn hekk, l-allegazzjoni li huwa eżerċita attivitajiet ta’ reklutaġġ u ta’ finanzjament ma ġietx sostnuta bi provi. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-drittijiet fundamentali tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt għal protezzjoni effettiva ġudizzjarja ġew miksura peress li huwa ma setax jiddefendi lilu nnifsu kontra l-allegazzjonijiet invokati kontrih. |
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-atti kkontestati tal-Kunsill ma humiex suffiċjentement fondati, peress li ma hemm ebda bażi għall-impożizzjoni ta’ piena. |
6. |
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK ġie miksur peress li l-Kunsill ma pprovdiex informazzjoni dettaljata jew dokumenti rilevanti li juru li l-awtorità kompetenti kienet ħadet deċiżjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu. |