15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/100


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Ramazani Shadary vs Il-Kunsill

(Kawża T-122/19)

(2019/C 139/102)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Emmanuel Ramazani Shadary (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 13 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 13 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.