15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/86


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Louis Vuitton Malletier vs EUIPO — Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ chequerboard)

(Kawża T-105/19)

(2019/C 139/87)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, N. Parrotta u F. Rossi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norbert Wisniewski (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea dwar trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ta’ chequerboard — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 2 829 851 li tindika l-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 274/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul dawn il-proċeduri;

tikkundanna lil Norbert Wisniewski jbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.