18.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/51


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/19)

(2019/C 103/67)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 7424 tas-16 ta’ Novembru 2018 nnotifikata fid-19 ta’ Novembru 2018 li teskludi mill-finanzjament ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), fil-parti li eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 8 703 417,29 għall-ispejjeż iddikjarati mir-Repubblika Portiguża fil-kuntest tal-kundizzjonalità, għas-snin finanzjarji mill-2014 sal-2016.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi kif ukoll motiv sussidjarju.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-Kummissjoni kkonkludiet li s-sistema Portugiża hija wisq klementi – ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (2) u ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1)(c) u tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 (3).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq, l-ewwel nett, żball ta’ liġi, ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll tal-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-kalkolu tal-korrezzjoni finanzjarja, u, it-tieni nett, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Sussidjarjament, żball ta’ liġi u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità dovuti għal sanzjoni medja u għal impreċiżjoni teknika fid-dokument tal-Kummissjoni nnifisha C(2015) 3675 (Anness A.5).


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1841 tas-16 ta’ Novembru 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [innotifikata bin-numru C(2018) 7424] (ĠU 2018, L 298, p. 34).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009, L 30, p. 16, rettifika fil-ĠU 2010, L 43, p. 7).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU 2009, L 316, p. 65, rettifika fil-ĠU 2013, L 246, p. 3).