18.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/50


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2019 – Harrington Padrón vs Il-Kunsill

(Kawża T-32/19)

(2019/C 103/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Katherine Nayarith Harrington Padrón (Karakas, Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 (2), sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonċernaw ir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku li permezz tiegħu hija tallega li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkluda li isimha għandu jinżamm fl-elenki li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 (3) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 (4), minkejja l-fatt li ma għadhiex Viċi-Prosekutur Ġenerali u ma hijiex relatata mal-awtoritajiet governattivi tal-Venezwela.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018 L 276, p. 10).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018 L 276, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2017 L 295, p. 60).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2017 L 295, p. 21).