9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/27


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Qorti Ċivili Prim’Awla - Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali (Malta) fil-5 ta’Diċembru 2019 – Repubblika vs Il-Prim Ministru

(Kawża C-896/19)

(2020/C 77/38)

Lingwa tal-kawża: il-Malti

Qorti tar-rinviju

Qorti Ċivili Prim’Awla - Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Repubblika

Konvenut: Il-Prim Ministru

Domandi preliminari

1)

Jekk it-tieni sentenza tal-artikolu 19(1) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropeja u l-artikolu 47 tal-Karta tal-Unjoni Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem moqrija waħedhom jew flimkien jistgħux jitqiesu applikabbli fil-konfront tal-validita legali tal-artikoli 96, 96A u 100 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta?

2)

F’kaz jekk it-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hi fl-affermattiv, jekk is-setgħa tal-Prim Miinistru fil-proċess tal-ħatra ta’ membri tal-ġudikatura f’Malta, għadhiex titqies li hija konformi mal-artikoli 19(1) tat-Trattat u 47 tal-Karta u dan meqjus ukoll fid-dawl tal- artikolu 96A tal-Kostituzzjoni li daħal fis-seħħ fl-2016?

3)

Jekk jinstab li s-setgħa tal-Prim Ministru mhijiex konformi, jekk dan il-fatt għandux jigi kkunsidrat mill-ħatriet li għadhom iridu jsiru mil-lum il-quddiem jew inkella għandux jolqot ukoll ħatriet li saru qabel?