17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fil-5 ta’ Novembru 2019 – Flavourstream SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov, Agenția Națională de Administrare Fiscală - Direcția Generală a Vămilor - Direcția Regională Vamală Brașov - Biroul Vamal de Interior Sibiu

(Kawża C-822/19)

(2020/C 54/31)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov, Agenția Națională de Administrare Fiscală - Direcția Generală a Vămilor - Direcția Regională Vamală Brașov - Biroul Vamal de Interior Sibiu

Konvenuta: Flavourstream SRL

Domanda preliminari

In-nomenklatura elenkata fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-prodott “AURIC GMO FREE”, inkwistjoni fit-tilwima preżenti, jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 17 029 095 jew taħt is-subintestatura 29 124 900 ta’ din in-nomenklatura?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU 2016, L 294, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 329, p. 119 u fil-ĠU 2017, L 150, p. 19.