16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-16 ta’ Settembru 2019 – Viesgo Infraestructuras Energéticas, S.L. vs Administración del Estado et

(Kawża C-683/19)

(2019/C 423/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viesgo Infraestructuras Energéticas, S.L.

Konvenuti: Administración del Estado, Iberdrola, S.A., Gas Natural SDG, S.A., EDP España, S.A., CIDE, Asociación de Distribuidores de Energía Eléctrica, Endesa, S.A., Agri-Energía, S.A., Navarro Generación, S.A., Electra del Cardener, Serviliano García, S.A., Energías de Benasque, S.L., Candín Energía, S.L., Cooperativa Eléctrica Benéfica Catralense, Cooperativa Valenciana, Eléctrica Vaquer, S.A., Hijos de José Bassols, S.A., Electra Aduriz, S.A., El Gas, S.A., Estabanell y Pahisa, S.A., Electra Caldense, S.A., Cooperativa Popular de Fluid Electric Camprodon, S.C.C.L., Fuciños Rivas, S.L., Electra del Maestrazgo, S.A.

Domandi preliminari

1)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta, b’mod partikolari, mis-sentenzi tal-20 ta’ April 2010, (Federutility, C-265/08) (1), u tas-7 ta’ Settembru 2016, (ANODE, C-121/15) (2), leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik stabbilita fl-Artikolu 45(4) tal-Ley 24/2013, tas-26 ta’ Diċembru 2013, implementata sussegwentement mill-Artikoli 2 u 3 tar-Real Decreto 968/2014, tal-21 ta’ Novembru 2014, li skontha l-finanzjament tal-bonus soċjali huwa impost fuq ċerti atturi tan-netwerk elettriku (il-kumpanniji omm tal-gruppi ta’ kumpanniji jew, skont il-każ, il-kumpanniji li jeżerċitaw simultanjament l-attivitajiet ta’ produzzjoni, ta’ distribuzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku), hija kompatibbli mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tad-Diretiva 2009/72/KE (3), meta uħud minn dawn l-entitajiet ikkonċernati għandhom piż speċifiku dgħajjef ħafna fi ħdan is-settur kollu, u meta, għall-kuntrarju, kumpanniji oħra jew gruppi ta’ kumpanniji li jistgħu jkunu f’qagħda aħjar sabiex jassumu din l-ispiża, sew jekk minħabba d-dħul mill-bejgħ tagħhom, minħabba l-importanza relattiva tagħhom f’wieħed mis-setturi ta’ attività, jew inkella minħabba li jeżerċitaw simultanjament u b’mod integrat tnejn minn dawn l-attivitajiet, huma eżentati minn dan il-piż?

2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha l-obbligu ta’ finanzjament ta’ bonus soċjali ma huwiex stabbilit fuq bażi eċċezzjonali jew b’portata temporali limitata, iżda huwa stabbilit b’mod indefinit, mingħajr korrispettiv u mingħajr ebda miżura ta’ kumpnes, hija jew ma hijiex kompatibbli mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72/KE?


(1)  EU:C:2010:205.

(2)  EU:C:2016:637.

(3)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).