30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Lulju 2019 — X vs Kuoni Travel Ltd
(Kawża C-578/19)
(2019/C 328/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X
Konvenuta: Kuoni Travel Ltd
Domandi preliminari
1) |
In-nuqqas’ ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni ħażina tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut ma’ konsumatur għall-provvista ta’ vjaġġ kollox kompriż li għalih tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, fejn in-nuqqas’ ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni ħażina hija r-riżultat tal-azzjonijiet ta’ impjegat tal-kumpannija ta’ lukanda li tipprovdi servizzi relatati ma’ dan il-kuntratt:
|
2) |
Meta organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut jikkonkludi kuntratt ma’ konsumatur għall-provvista ta’ vjaġġ kollox kompriż li għalih tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, u meta kumpannija ta’ lukanda tipprovdi servizzi relatati ma’ dan il-kuntratt, impjegat innifsu ta’ din il-kumpannija ta’ lukanda għandu jiġi kkunsidrat “fornitur tas-servizzi” għall-finijiet tal-eżenzjoni taħt it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132.