29.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/17 |
Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 minn Boudewijn Schokker mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-8 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-817/17, Schokker vs EASA
(Kawża C-310/19 P)
(2019/C 255/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Boudewijn Schokker (rappreżentanti: T. Martin, S. Orlandi, avocats)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-digriet tat-8 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-817/17, Schokker vs EASA; |
— |
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali, |
— |
tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali, fl-ewwel lok, wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-rikors għal raġuni li qajmet ex officio u li kklassifikat b’mod żbaljat bħala “manifesta”. B’hekk il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u d-drittijiet tad-difiża tal-appellant.
L-appellant isostni, fit-tieni lok, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ma kienx rilevanti li tistħarreġ ir-raġunijiet għall-irtirar tal-offerta ta’ impjieg kontenzjuża għaliex offerta ta’ impjieg tista’ fi kwalunkwe każ tiġi rtirata f’kull ħin u mingħajr ebda kundizzjoni.