8.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Marzu 2019 — EIS GmbH vs TO
(Kawża C-266/19)
(2019/C 230/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EIS GmbH
Konvenut: TO
Domandi preliminari
1) |
Numru tat-telefon huwa “disponibbli” fis-sens tal-istruzzjonijiet għall-ikkompletar tal-formola mudell tal-informazzjoni dwar id-drittijiet għall-irtirar b’mod konformi mal-parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2011/83/UE (1) jekk il-kummerċjant jindika dan in-numru tat-telefon fil-kuntest tal-informazzjoni legali jew jekk jippreżentah b’mod ċar u espliċitu fuq il-paġna prinċipali tas-sit internet tiegħu? |
2) |
Numru tat-telefon huwa “disponibbli” fis-sens tal-istruzzjonijiet għall-ikkompletar tal-formola mudell tal-informazzjoni dwar id-drittijiet għall-irtirar b’mod konformi mal-parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2011/83/UE, jekk il-kummerċjant, minkejja li juża l-linja telefonika għan-negozju, ma jużax din il-linja sabiex jikkonkludi kuntratti mill-bogħod u għalhekk lanqas ma jagħmilha disponibbli għall-finijiet tal-annullament ta’ kuntratti mill-bogħod, jiġifieri sabiex jirċievi dikjarazzjonijiet ta’ rtirar? |
(1) Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur (ĠU 2011, L 304, p. 64).