3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/47 |
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 minn George Haswani mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-477/17, Haswani vs Il-Kunsill
(Kawża C-241/19 P)
(2019/C 187/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: George Haswani (rappreżentant: G. Karouni, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
Tannulla s-sentenza tas-16 ta’ Jannar 2019, T-477/17, fit-totalità tagħha; |
— |
Tordna t-tneħħija ta’ isem Georges Haswani mill-annessi marbuta mal-atti kkontestati quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
Tiddeċiedi l-kawża u:
|
— |
Tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrent kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, ksur tad-Deċiżjonijiet 2015/1836 (premessa 6), u 2013/255 (premessa 5) kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, kif ukoll fuq l-inverżjoni tal-oneru tal-prova u fuq ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.