27.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Frar 2019 — Spenner GmbH & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-189/19)
(2019/C 182/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Spenner GmbH & Co. KG
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 9(9) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2011/278/UE) (1) jippreżupponi li l-estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità ta’ installazzjoni eżistenti tkun seħħet matul il-perijodu ta’ referenza ddeterminat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 9(1) ta’ din id-deċiżjoni? |
2) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(9), moqri flimkien mal-Artikolu 9(1), tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, għandu jiġi interpretat, fil-każ ta’ estensjonijiet sinjifikattivi tal-kapaċità, fis-sens li, fid-determinazzjoni tal-livelli storiċi ta’ attività għal-perijodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-livell storiku ta’ attività tal-kapaċità miżjuda għandu jitnaqqas, (anki) jekk l-estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità seħħet matul il-perijodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008? |
3) |
|
4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/126 tal-24 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/448/UE fir-rigward tal-istabbiliment ta’ fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali għal allokazzjonijiet li saru qabel l-1 ta’ Marzu 2017 għandu jiġi applikat fil-forma tiegħu tal-verżjoni inizjali tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448/UE għas-snin 2013 sal-2020 u, fil-każ ta’ allokazzjonijiet addizzjonali ta’ kwoti ta’ emissjonijiet wara t-28 ta’ Frar 2017 minħabba deċiżjoni ġudizzjarja, dan għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet kollha ta’ allokazzjonijiet addizzjonali għas-snin 2013 sal-2020 jew biss għall-allokazzjonijiet addizzjonali għas-snin 2018 sal-2020? |