20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/12 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2019 minn Bank Refah Kargaran mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-552/15, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill
(Kawża C-134/19 P)
(2019/C 172/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Bank Refah Kargaran (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla parzjalment is-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Diċembru 2018 mit-Tieni Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-522/15; |
— |
prinċipalment, tilqa’ t-talbiet li r-rikorrent għamel quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-għoti ta’ danni bħala kumpens għad-dannu materjali fl-ammont ta’ EUR 68 651 319 u bħala kumpens għad-dannu mhux materjali fl-ammont ta’ EUR 52 547 415; |
— |
sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
fiż-żewġ każijiet, tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka seba’ aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni annullata ma huwiex ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. |
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-fatt li rikkorrent vittma ta’ sanzjoni illegali adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ppreżenta rikors u kiseb l-annullament tas-sanzjoni irendi inutli l-invokazzjoni ta’ ksur biżżejjed serju tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet motiv ippreċiżat mir-rikorrent fir-replika tiegħu mingħajr ma vverifikat, kif meħtieġ mill-ġurisprudenza, jekk l-iżvilupp ta’ dan il-motiv fir-replika jirriżultax mill-evoluzzjoni normali tad-dibattitu mibdi fir-rikors matul il-proċedura kontenzjuża. |
4. |
Ir-raba’ u l-ħames aggravju bbażati fuq żball ta’ liġi Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat is-sentenza mogħtija fil-Kawża T-24/11 (1), u billi kkunsidrat li l-konstatazzjoni li l-Kunsill kiser l-obbligu tiegħu li jikkomunika lir-rikorrent l-elementi kontra tiegħu f’dak li jikkonċerna l-motiv bħala bażi għall-miżuri tal-iffriżar ta’ fondi ma jistabbilixxix l-eżistenza ta’ ksur biżżejjed serju tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jwassal għar-responsabbiltà tal-Unjoni. |
5. |
Is-sitt aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tar-rikors Il-Qorti Ġenerali żnaturat ir-rikors meta kkunsidrat, sabiex issib li l-argument tiegħu inammissibbli, li r-rikorrent, fl-istadju tar-rikors, ma invokax allegata illegalità ibbażata fuq l-assenza ta’ konformità tal-motiv ta’ inklużjoni ta’ ismu fuq il-listi ta’ persuni milquta minn miżuri restrittivi bil-kriterju applikat mill-Kunsill. |
6. |
Is-seba aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tar-rikors Billi rriduċiet il-motivi ta’ illegalità allegati mir-rikorrent għall-uniku ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-Qorti Ġenerali żnaturat ir-rikors. |
(1) Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (T-24/11, EU:T:2013:403).