11.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/28


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2018 – Repsol vs EUIPO – Basic (BASIC)

(Kawża T-722/18)

(2019/C 54/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix u J. Erdozain López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Basic AG Lebensmittelhandel (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BASIC fil-kuluri blu, aħmar, oranġjo u abjad – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 648 159

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 178/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors, bid-dokumenti annessi kollha;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lil Basic Aktiengesellschaft Lebensmittelhandel u lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.