4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/76


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 – ZPC Flis vs EUIPO – Aldi Einkauf (FLIS Happy Moreno choco)

(Kawża T-708/18)

(2019/C 44/102)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZPC Flis sp.j. (Radziejowice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FLIS Happy Moreno choco – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 030 786

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2113/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO għal kunsiderazzjoni mill-ġdid;

jew

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li ma hemmx raġunijiet relattivi għal rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea 015030786 “Flis Happy Moreno choco” għall-oġġetti u s-servizzi fil-klassijiet 30 u 35 u t-trade mark għandha tiġi rreġistrata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.