21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/49


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2018 – 6Minutes Media vs EUIPO – ad pepper media International (ADPepper)

(Kawża T-668/18)

(2019/C 25/63)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 6Minutes Media GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Koch u T. Hilser, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ad pepper media International NV (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ADPepper” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 109 990

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 840/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut, u f’każ li tintervjeni, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) flimkien mal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.