21.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/48 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2018 – 6Minutes Media vs EUIPO – ad pepper media International (ad pepper)
(Kawża T-666/18)
(2019/C 25/62)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: 6Minutes Media GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Koch u T. Hilser, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ad pepper media International NV (Nürnberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “ad pepper” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 307 966
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 839/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenut, u f’każ li tintervjeni, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) flimkien mal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |