3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/63


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2018 – TUIfly vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-619/18)

(2018/C 436/88)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TUIfly GmbH (Langenhagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Giesberts u M. Gayger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni C(2018) 5432 finali meħuda mill-konvenuta fit-3 ta’ Awwissu 2018 li tikkonċerna t-talba konfermattiva għal aċċess għall-fajl imressqa mir-rikorrenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 – GESTDEM 2018/2506 u tordna lill-konvenuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għall-fajl ta’ proċedura fil-kawża dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport (ĠU 2018, L 107, p. 1);

tgħaqqad din il-kawża għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali mal-Kawża T-447/18 imressqa mir-rikorrenti kontra l-konvenuta u pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, sa fejn il-Kummissjoni ma awtorizzatx lir-rikorrenti li taċċedi għall-fajl ta’ investigazzjoni u ma għamlithiex fil-pożizzjoni li b’mod utli tiżgura d-difiża tagħha.