17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 455/30


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2018 – Diesel vs EUIPO – Sprinter megacentrosdel deporte (D)

(Kawża T-615/18)

(2018/C 455/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Diesel SpA (Breganze, l-Italja) (rappreżentat: A. Parassina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sprinter megacentros del deporte, SL (Elche, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea D – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 404 019

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2657/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tar-Regola 22(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.