26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/102


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2018 – Universität Koblenz-Landau vs EACEA

(Kawża T-606/18)

(2018/C 427/135)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Universität Koblenz-Landau (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von der Lühe u I. Felder, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li t-talbiet, magħmula permezz ta’ ittra tal-konvenuta tat-8 ta’ Awwissu 2018 bir-referenza EACEA/A4/RR-am D(2018)011591, għall-irkupru tal-Grant Agreement 2012-3075/001-001 ta’ ammont ta’ EUR 22 454,22, ma humiex fondati;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti is-somma ta’ EUR 41 408,15 flimkien ma’ interessi sa disa’ punti perċentwali ogħla mir-rata bażika tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew sa mit-30 ta’ Marzu 2018;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq il-motivi li ġejjin:

1.

Eebda rikonoxximent sħiħ tal-ispejjeż rimborsabbli minkejja l-produzzjoni ta’ provi xierqa

2.

Nuqqas ta’ motivazzjoni jew motivazzjoni insuffiċjenti tar-rifjut ta’ rikonoxximent tal-ispejjeż rimborsabbli.