201807270032025182018/C 285/543552018TC28520180813MT01MTINFO_JUDICIAL20180608383811

Kawża T-355/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Spanja vs Il-Kummissjoni


C2852018MT3810120180608MT0054381381

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/18)

2018/C 285/54Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra l-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali organizzati sabiex jimtlew pożizzjonijiet ta’ amministraturi fil-qasam tas-servizz pubbliku (AD 6) EPSO/AD/340/18 u EPSO/AD/341/18.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, minħabba l-limitazzjoni tas-sistema ta’ komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidat, li ssir biss bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, inkluża l-applikazzjoni ta’ kandidatura.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 27 u 28(f) tal-istess regolamenti, minħabba li l-għażla tat-tieni lingwa hija indebitament limitata għal erba’ lingwi biss, li huma l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u t-Taljan, bl-esklużjoni tal-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-għażla tal-Ingliż, tal-Franċiż, tal-Ġermaniż u tat-Taljan tikkostitwixxi għażla arbitrarja li tagħti lok għal diskriminazzjoni minħabba l-lingwa, ipprojbita mill-Artikolu 1 tar-Regolament 1/58, mill-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mill-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal u mill-Artikoli 27 u 28(f) tal-istess regolamenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li peress li l-avviż ikkontestat ma jispeċifikax espressament li l-ewwel lingwa għandha tkun il-lingwa li fiha l-kandidati għandhom livell minimu ta’ C 1 (għarfien approfondit), dan jagħti lok għal diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità u għal diskriminazzjoni minħabba l-lingwa “mitkellma”, bi ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolament 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikoli 27 u 28(f) tal-istess regolamenti.