201806080241931502018/C 221/402572018TC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL20180424343521

Kawża T-257/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 – Iberpotash vs Il-Kummissjoni


C2212018MT3410120180424MT0040341352

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 – Iberpotash vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/18)

2018/C 221/40Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iberpotash, SA (Suria, Spanja) (rappreżentanti: N. Niejahr u B. Hoorelbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (EU) 2018/118 tal-31 ta’ Awwissu 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35818 (2016/C) (ex 2015/NN) (ex 2012/CP) implimentata minn Spanja għal Iberpotash (innotifikata bid-dokument C(2017) 5877); ( 1 )

sussidjarjament:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonstata li l-Miżura 1 tinkludi għajnuna mill-Istat u tordna l-irkupru tagħha bl-interessi mingħand ir-rikorrenti; u/jew

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiddetermina l-għajnuna illegali iżda kompatibbli rċevuta mir-rikorrenti li tinsab inkluża fil-Miżura 4 fl-ammont ta’ EUR 3902461,30, u l-għajnuna illegali li għandha tiġi rkuprata bl-interessi mingħand ir-rikorrenti fl-ammont ta’ EUR 3958109,70;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrenti marbuta ma’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi kkonstatat li l-Miżura 1 tinvolvi trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi kkonstatat li l-Miżura 1 tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lir-rikorrenti. Sussidjarjament, hija tallega li l-Kummissjoni naqset milli tiddetermina korrettament l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, jekk hemm, fil-kuntest tal-Miżura 1, bi ksur tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali. ( 2 )

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li, sussidjarjament, il-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali fir-rigward tal-Miżura 1 billi ordnat l-irkupru peress li dan l-irkupru jikser l-aspettattivi leġittimi u/jew il-priċnipju ta’ ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi kkonstatat li l-Miżura 4 tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lir-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li, sussidjarjament, il-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali billi naqset milli tiddetermina korrettament l-ammont ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli, jekk hemm, fil-kuntest tal-Miżura 4.


( 1 ) ĠU 2018 L 28, p. 25.

( 2 ) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).