28.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/28


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2018 – Piaggio & C. vs EUIPO – Zhejiang Zhongneng Industry Group (Mopeds)

(Kawża T-219/18)

(2018/C 182/32)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Piaggio & C. SpA (Pontedera, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Zhongneng Industry Group Co. Ltd (Taizhou City, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju 1783655-0002

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1496/2015-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara l-invalidità tad-disinn Komunitarju rreġistrat tal-proprjetarju Nru 1 783 655-0002, abbażi tal-motivi esposti f’dan ir-rikors;

tikkundanna lill-konvenut u lill-proprjetarju jħallsu l-ispejjeż proċedurali relatati mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, skont l-Artikolu 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-EUIPO u lil kull parti oħra potenzjali għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi invokati

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar id-Disinn Komunitarju (RDK);

Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-RDK;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-RDK.