16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Knauf vs EUIPO (upgrade your personality)

(Kawża T-102/18)

(2018/C 134/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Martin Knauf (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Jaeger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “upgrade your personality” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 750 029

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1011/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirreġistra t-trade mark tal-Unjoni “upgrade your personality” għall-prodotti li ġejjin fil-klassijiet 9 u 28:

Klassi 9 – Programmi tal-kompjuter (irrekordjati); Programmi tal-kompjuter (softwer li jista’ jitniżżel); Programmi tal-kompjuter irrekordjati; Programmi tal-kompjuter li jistgħu jitniżżlu; Softwer; Softwer tal-logħbiet; Softwer tal-logħob tal-vidjo; Softwer tal-logħob tal-vidjo; Softwer tal-kompjuter tal-logħob tal-vidjo; Softwer tal-logħob tal-vidjo; Softwer tal-logħob tal-vidjo; Programmi tal-kompjuter għall-ipproċessar ta’ data; Programmi tal-kompjuter għall-ipproċessar ta’ data; Softwer tal-grafiċi tal-kompjuter; Softwer tar-realtà virtwali; Softwer tar-realtà virtwali; Ġarrieri ottiċi tad-data li jinkludu softwer irreġistrat; Ġarrieri tad-data manjetiċi rreġistrati minn qabel; Kontenituri tad-data għal logħob tal-vidjo; Kasetts tal-vidjo; Vidjos (reġistrati minn qabel); Vidjos reġistrati minn qabel

Klassi 28 – Consoles tal-logħbiet

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.