30.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/40 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Wehrheim vs BĊE
(Kawża T-100/18)
(2018/C 152/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Christine Wehrheim (Offenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
1. |
tannulla:
|
2. |
tikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas kumpens kif mitlub mir-rikorrenti fit-talbiet tagħha:
|
3. |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-fatt l-amministrazzjoni konvenuta naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ assistenza billi ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ premura u billi ħolqot aspettattiva li tidher b’mod ċar li ma tistax tintlaħaq fil-konfront tar-rikorrenti u li tikkonsisti fl-għoti ta’ allowance tal-espatrijazzjoni filwaqt li hija ma kinitx tissodisfa, mill-bidu, il-kundizzjonijiet meħtieġa mir-Regolamenti tal-Persunal għal dan il-għan. Dan l-iżball ikkawża dannu li għandu rabta kawżali diretta man-nuqqas tal-istituzzjoni.