26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/47


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – Addiko Bank vs EUIPO (STRAIGHTFORWARD BANKING)

(Kawża T-9/18)

(2018/C 072/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Addiko Bank AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Seling, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni “STRAIGHTFORWARD BANKING” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 133 449

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 1090/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.