25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-17 ta’ Diċembru 2018 – Skatteverket vs Sögård Fastigheter AB

(Kawża C-787/18)

(2019/C 72/12)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket

Konvenuta: Sögård Fastigheter AB

Domandi preliminari

1)

Jekk minħabba regoli adottati minn Stat Membru, abbażi tal-Artikolu 188(2) tad-Direttiva 2006/112/KE (1), iċ-ċedent ta’ proprjetà immobbli ma jkunx aġġusta t-tnaqqis tat-taxxa tal-input peress li ċ-ċessjonarju jkun se jużaha biss għal tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis, fil-każ fejn il-perijodu ta’ aġġustament għadu għaddej, jeżisti ostaklu sabiex iċ-ċessjonarju jiġi obbligat jaġġusta dan it-tnaqqis f’data sussegwenti, meta huwa nnifsu jiġi sabiex jitrasferixxi l-proprjetà immobbli inkwistjoni lil terz li ma jkunx se jużaha għal tali tranżazzjonijiet?

2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti, jekk l-ewwel trasferiment imsemmi fiha jkun jikkostitwixxi trasferiment ta’ beni kif imsemmi fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/112?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil- ĠU 2007, L 335, p. 60).