11.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – Deutsche Umwelthilfe e.V. vs Freistaat Bayern

(Kawża C-752/18)

(2019/C 54/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Umwelthilfe e.V.

Konvenut: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

1)

Ir-rekwiżit stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jobbliga lill-Istati Membri jieħdu kull miżura xierqa sabiex jiżguraw li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jitwettqu,

2)

Il-prinċipju tal-implimentazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri, li huwa stabbilit, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 197(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

3)

Id-dritt għal rimedju effettiv iggarantit mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

4)

l-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jiżguraw rimedju legali effettiv fi kwistjonijiet ambjentali li jirriżultaw mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus),

5)

l-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jiżguraw rimedju legali effettiv fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, li huwa stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TFUE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti Ġermaniża hija intitolata, u possibbilment tista’ tkun meħtieġa, li timponi d-detenzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ Land Federali Ġermaniż sabiex dan il-Land Federali jeżegwixxi l-obbligu tiegħu li jaġġorna l-pjan dwar il-kwalità tal-arja fis-sens tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008, L 152, p. 1), b’ċertu kontenut minimu, jekk dan il-Land Federali jkun ġie kkundannat permezz ta’ deċiżjoni li tkun kisbet l-awtorità ta’ res judicata jwettaq aġġornament ta’ dan il-pjan b’dan il-kontenut minimu, u

l-Land Federali għal numru ta’ drabi ġie mhedded bi u suġġett għal sanzjonijiet pekunjarji mingħajr suċċess,

t-theddid bi u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji ma kellhomx effett persważiv sinjifikattiv minkejja li ammonti ogħla minn qabel ġew mhedda u imposti, dan għaliex il-ħlas tas-sanzjonijiet ma jinvolvix telf għal-Land Federali li ġie kkundannat permezz ta’ deċiżjoni li tkun kisbet l-awtorità ta’ res judicata, iżda, f’dan ir-rigward, hemm biss trasferiment tal-ammont impost f’kull każ minn partita tal-baġit tal-Land għal partita oħra tal-baġit tal-Land,

l-Land Federali li ġie kkundannat permezz ta’ deċiżjoni li tkun kisbet l-awtorità ta’ res judicata ddikjara kemm fil-qorti kif ukoll fil-pubbliku, fi ħdan il-Parlament permezz tal-uffiċjali politiċi l-iktar għolja, li mhux se jwettaq l-obbligi imposti mill-qorti b’konnessjoni mal-pjan dwar il-kwalità tal-arja,

l-liġi nazzjonali tipprovdi bħala prinċipju d-detenzjoni għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, iżda l-ġurisprudenza tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti għal każ tat-tip inkwistjoni, u

għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni hawnhekk, il-liġi nazzjonali ma tipprovdix mezzi ta’ infurzar li huma iktar effikaċi mit-theddid u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji iżda tipprovdi mezzi li huma inqas intrużivi minn detenzjoni, u rikors għal mezzi ta’ infurzar bħal dawn lanqas ma jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni?