4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-3 ta’ Settembru 2018 – Miasto Łowicz vs Skarb Państwa – Wojewoda Łódzki

(Kawża C-558/18)

(2019/C 44/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Qorti Reġjonali ta’ Łódź, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Miasto Łowicz

Konvenut: Skarb Państwa – Wojewoda Łódzki (it-Teżor Pubbliku tal-Provinċja ta’ Łódź)

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li b’konsegwenza tal-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu rimedji neċessarji sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, huwa jipprekludi dispożizzjonijiet li jżidu b’mod kunsiderevoli r-riskju li jiġu ppreġudikati l-garanziji ta’ proċeduri dixxiplinari indipendenti fil-konfront ta’ mħallfin fil-Polonja permezz ta’:

1)

influwenza politika fl-iżvolġiment tal-proċeduri dixxiplinari,

2)

il-ħolqien ta’ riskju li s-sistema ta’ proċeduri dixxiplinari tintuża għall-kontroll politiku tal-kontenut tad-deċiżjonijiet tal-qrati, kif ukoll

3)

il-possibbiltà li fi proċeduri dixxiplinari kontra l-imħallfin jintużaw provi miksuba b’mod kriminali?