22.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Lulju 2018 – Openbaar Ministerie vs TC

(Kawża C-492/18)

(2018/C 381/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: TC

Domanda preliminari

Fil-każ fejn:

l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ttraspona l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI (1) fis-sens li d-detenzjoni intiża għall-konsenja tal-persuna rikjesta għandha dejjem tiġi sospiża malli jgħaddi l-perijodu ta’ 90 jum mogħti sabiex tingħata deċiżjoni definittiva dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, u

l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ dan l-Istat Membru interpretaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-sens li l-perijodu għal deċiżjoni huwa sospiż malli l-awtorità ġudizzjarja tal-eżekuzzjoni tiddeċiedi li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari jew li tistenna r-risposta għal talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata minn awtorità ġudizzjarja tal-eżekuzzjoni oħra, jew ukoll li tipposponi d-deċiżjoni dwar il-konsenja minħabba riskju reali ta’ kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani jew degradanti fl-Istat Membru emittenti,

iż-żamma tad-detenzjoni intiża għall-konsenja ta’ persuna rikjesta li hemm riskju li taħrab, għal perijodu li jaqbeż id-90 jum mill-arrest ta’ din il-persuna, tmur kontra l-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


(1)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).