17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fid-9 ta’ Lulju 2018 – AGROBET CZ, s.r.o. vs Finanční úřad pro Středočeský kraj

(Kawża C-446/18)

(2018/C 328/36)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AGROBET CZ, s.r.o.

Konvenuta: Finanční úřad pro Středočeský kraj

Domanda preliminari

1)

Miżura ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-istabbiliment u l-ħlas ta’ parti mit-tnaqqis tal-VAT mitlub għat-terminazzjoni tal-proċedimenti li jirrigwardaw is-servizzi taxxabbli kollha matul perijodu taxxabbli determinat hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT?